26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/56
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Europol
(Kawża F-119/15)
(2015/C 354/67)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: W.J. Dammingh u N.D. Dane, avukati)
Konvenuta: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li tikkonferma r-rifjut li r-rikorrent jingħata kuntratt għal żmien indeterminat u li tofrilu somma f’daqqa li l-ammont tagħha ma huwiex, skont ir-rikorrent, suffiċjenti sabiex jikkumpensah għad-dannu li huwa jallega li sofra minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Talbiet
—
jannulla kemm id-deċiżjoni tal-Europol tad-29 ta’ Lulju 2014, sa fejn din id-deċiżjoni ma tatix lir-rikorrent kuntratt għal żmien indeterminat u sa fejn tofrilu kumpens ta’ EUR 10 000, kif ukoll id-deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2015, sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tad-29 ta’ Lulju 2014;
—
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-avukati.
Full & Egal Universal Law Academy