30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/80
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-125/15)
(2015/C 398/95)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippromwovix ir-rikorrenti għall-grad AD8 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2014 u l-kumpens għad-dannu morali allegatament subit.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-14 ta’ Novembru 2014, li ma tippromwovix ir-rikorrenti skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2014;
—
jikkundanna l-Kummissjoni Ewropea li tħallas fir-rigward tad-dannu morali subit, is-somma ta’ EUR 15,000;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy