14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/44
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-129/15)
(2015/C 414/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Jeannin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li ma jittiħidx inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tal-irtirar tar-rikorrent, il-perijodu ta’ servizz ekwivalenti għal 26 jum irrikonoxxut wara t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fl-iskema nazzjonali lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll talba sabiex ir-rikorrent jingħata EUR 1 simboliku fir-rigward tad-dannu morali allegatament imġarrab.
Talbiet
—
Jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent kif ukoll id-deċiżjoni impliċita, permezz tad-deċiżjoni tas-6 ta’ Frar 2015 dwar l-għoti u l-ħlas tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent, li ma jittiħidx inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tar-rata tal-imsemmija pensjoni, il-perijodu ta’ 26 jum miksub permezz tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni mill-iskemi tal-irtirar ta’ Franza magħrufa bħala CNAVTS-ARRCO u MSA;
—
jagħti EUR 1 simboliku bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ EUR 3 500 bħala spejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy