18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/52
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs BĊE
(Kawża F-130/15)
(2016/C 016/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttorat tal-BĊE li ma tagħtix lir-rikorrent żieda addizzjonali fis-salarju għall-2015 fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u t-talba għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat, adottata fl-24 ta’ Frar 2015 u kkomunikata lill-persunal fit-13 ta’ Marzu 2015, li ma tagħtix lir-rikorrent żieda addizzjonali fis-salarju għall-2015;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tar-rikors speċjali tal-10 ta’ Lulju 2014 u li wasslet fl-20 ta’ Lulju 2014;
—
jekk meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-kap tad-dipartiment kompetenti li la kkunsidra u lanqas ippropona lir-rikorrent għal ASA, ikkomunikata impliċitament permezz tad-deċiżjoni tad-Direttorat tal-24 ta’ Frar 2015 u permezz tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tar-rikors speċjali tal-10 ta’ Lulju 2015;
—
tordna l-kumpens għad-dannu materjali tar-rikorrent li jikkonsisti fit-telf tal-opportunità li jikseb ASA fl-2015 evalwat għal EUR 49 102 jew, alternattivament, l-annullament tal-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2015 u l-organizzazzjoni mill-BĊE ta’ proċedura ġdida fir-rigward tal-għoti taż-żidiet addizzjonali tas-salarju għall-2015;
—
tordna l-kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent evalwat ex aequo et bono EUR 10 000;
—
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy