14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/45
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-131/15)
(2015/C 414/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martina, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jiġix ikklassifikat mill-ġdid fil-grad AD13 abbażi tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2013.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li r-rikorrent ma jiġix ikklassifikat mill-ġdid fil-grad AD13 abbażi tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2013;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy