14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/45
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-133/15)
(2015/C 414/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni ta’ tniżżil permanenti ta’ żewġ gradi fuq ir-rikorrent wara investigazzjoni dwar sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess kif ukoll il-kumpens għad-dannu morali allegatament sostnut.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2014 li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ tnizzil permanenti mill-grad AD11 għall-grad AD9, fl-istess grupp ta’ karigi;
—
tagħti s-somma ta’ EUR 1 00 000 lir-rikorrent bħala danni u interessi minħabba t-tul tal-proċeduri;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy