11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/37
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-135/15)
(2016/C 007/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: B. Sahki, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/130/14 li ma taċċettax lir-rikorrent għat-test ta’ evalwazzjoni, minħabba li ma għandux il-livell ta’ studju meħtieġ kif ukoll l-esperjenza professjonali ta’ tul minimu ta’ sitt snin relatata man-natura tal-kariga.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tas-16 ta’ Ġunju 2014, [tal-] President tal-Bord tal-Għażla tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), wara l-kandidatura tal-1 ta’ April 2014;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid tal-4 ta’ Diċembru 2014 [tal-] President tal-Bord tal-Għażla EPSO, wara talba għal eżami mill-ġdid tas-16 ta’ Ġunju 2014;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tas-6 ta’ Lulju 2015 tal-Awtorità tal-Ħatra b’risposta għall-ilment tat-3 ta’ Marzu 2015, R/10/15;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy