11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/38
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-136/15)
(2016/C 007/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Parlament li tirregolarizza s-sitwazzjoni tar-rikorrenti dwar il-benefiċċju tal-allowance għall-edukazzjoni u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li jitħallsu lura l-ammonti li r-rikorrenti rċeviet indebitament għal dan il-għan.
Talbiet
—
Tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati u, fil-każ ta’ bżonn, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
—
ikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy