25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/78
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-138/15)
(2016/C 027/100)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni biex ittemm il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti u pretensjoni għad-danni fir-rigward tad-dannu mhux materjali allegatament subit.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni bid-data tad-19 ta’ Diċembru 2014 biex ittemm il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti;
—
jordna l-Parlament Ewropew li jikkompensa r-rikorrenti għad-dannu mhux materjali subit, stmat b’mod provviżorju fuq bażi ex aequo et bono f’EUR 20,000;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy