11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/38
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża F-139/15)
(2016/C 007/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni li permezz tagħha huwa rrifjuta li jirrikonoxxi li l-invalidità li jsofri minnha r-rikorrent kienet ikkaġunata mix-xogħol kif ukoll it-talba għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta’ Diċembru 2014, innotifikata fis-6 ta’ Jannar 2015, sa fejn huwa, filwaqt li jikkonferma l-konklużjoni tal-Kumitat tal-Invalidità, rrifjuta li jirrikonoxxi li l-invalidità li jsofri minnha r-rikorrent kienet ikkaġunata mix-xogħol, fis-sens tal-Artikolu 78(5) tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-24 ta’ Lulju 2015, innotifikata fis-27 ta’ Lulju 2015, li tiċħad it-talba tar-rikorrent;
—
jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 25 000 bħala kumpens għad-dannu morali;
—
jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy