23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/55
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-140/14)
(2015/C 065/74)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta milli tibni mill-ġdid il-karriera tar-rikorrent billi jiġi kklassifikat mill-ġdid, mill-1 ta’ Marzu 2005, fi grupp ta’ funzjonijiet superjuri, u t-talba għal kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata biex tikkonkludi l-kuntratti tar-reklutaġġ (AHCC) datata 17 ta’ Settembru 2014, mibgħuta permezz ta’ nota tat-18 ta’ Settembru 2014 u rċevuta mir-rikorrent fid-19 ta’ Settembru 2014;
—
tordna il-kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrent ivvalutat ex aequo et bono għal EUR 30 000;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy