29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/43
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-140/15)
(2016/C 111/53)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ et (rappreżentant: C. Cortese, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tbiddel l-ammont tal-personi tas-superstiti mogħtija lir-rikorrent u tal-pesjoni tal-orfni mogħtija lit-tliet uliedu.
Talbiet
—
tannulla l-avviż ta’ tibdil Nru 3 tal-kap tal-unità PMO.4 tal-Kummissjoni Ewropea, li jinkludi l-indikazzjoni tal-ammonti l-ġodda tal-pensjoni tas-superstiti mogħtija lil-lanjant u tal-pensjonijiet tal-orfni mogħtija lit-tliet uliedu, ikkomunikat lir-rikorrent fis-6 ta’ Frar 2015, kif ikkumplementat mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tal-Awtorità tal-Ħatra tat-3 ta’ Awwissu 2015.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy