13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/66
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-141/15)
(2016/C 211/81)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tirrimborsa lir-rikorrent it-tnaqqis li sar fuq ir-remunerazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2015, li ċaħdet it-talba tar-rikorrent għar-rimbors tas-somom imnaqqsa mir-remunerazzjoni tiegħu b’applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2006;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tirrimborsa lir-rikorrent l-imsemmi tnaqqis b’interessi komposti bir-rata ddefinita fl-Artikolu 12 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy