8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/102
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs EASA
(Kawża F-144/15)
(2016/C 048/118)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni li ma jiġġeddidx il-leave għal raġunijiet personali bla ħlas tar-rikorrent għal sena addizzjonali.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li jiġġeddidx il-leave bla ħlas tar-rikorrent għal sena addizzjonali;
—
jikkundanna lill-EASA għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy