29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/44
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs BEI
(Kawża F-145/15)
(2016/C 111/54)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: E. Nordh, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2014, kif ukoll it-talba għall-kumpens għad-danni morali allegatament imġarrba.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut dwar il-marka tar-rikorrent għas-sena 2014, sa fejn tinkludi d-deċiżjoni dwar ż-żieda fir-remunerazzjoni, il-ħlas ta’ primjum u l-promozzjoni fil-kuntest ta’ din il-marka, kif ukoll ir-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2014 li kien jiġi warajha, li jinkludi kemm il-parti dwar is-servizzi tar-rikorrent fl-2014 kif ukoll dik li tirrigwarda l-għanijiet li huma stabbiliti fil-konfronti tiegħu għas-sena 2015;
—
tikkundanna lill-konvenut sabiex iħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 150 000, flimkien mal-interessi, bħala kumpens għad-danni morali;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy