22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/45
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-146/15)
(2016/C 068/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba għal konverżjoni f’punti ta’ mertu tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li ġew stabbiliti wara l-promozzjoni tiegħu għal grad AD 12.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-8 ta’ April 2015, li tiċħad it-talba għal konverżjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent stabbiliti wara l-promozzjoni tiegħu għall-grad AD 12 f’punti ta’ mertu;
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy