15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/52
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-148/15)
(2016/C 059/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: P. Vanden Casteele, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/306/15 – ġuristi lingwisti tal-lingwa Franċiża (AD7), li ma tippermettix lir-rikorrent jipparteċipa fil-fażi segwenti tal-kompetizzjoni minħabba l-fatt li dan tal-aħħar ma għandux livell ta’ tagħlim li jikkorrispondi għal taħriġ legali komplet li sar fi stabbiliment ta’ tagħlim superjuri Belġjan, Franċiż jew Lussemburgiż.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjonijiet ta’ għażla u ta’ nomina, meħuda fil-kuntest tal-“avviż għall-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/306/15 ibbażata fuq kwalifiki u eżamijiet” għall-“Ġuristi lingwisti (AD 7) tal-lingwa Franċiża (FR)” (Ġurnal Uffiċjali tal-UE, 21 ta’ Mejju 2015), inkluż id-deċiżjoni, imsemmija fl-ittra tal-24 ta’ Settembru 2015 indirizzata lir-rikorrent, li “wara eżami tal-kandidatura tiegħek, (…) il-Bord tal-Għażla msemmi iktar 'il fuq ma jippermettix li inti tipparteċipa fil-fażi segwenti tal-kompetizzjoni”.
Full & Egal Universal Law Academy