22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/46
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-149/15)
(2016/C 068/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala u li tobbligah jikkumpensa dannu allegatament subit mill-Unjoni Ewropea, u talba għad-danni għall-kumpens tad-dannu morali u għar-reputazzjoni allegatament subit.
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni CMS 13-005 tal-Awtorità tal-Ħatra Tripartitika sa fejn din tipprevedi s-sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala għal perijodu ta’ 18-il xahar u l-kumpens għal dannu stabbilit permezz tad-deċiżjoni għal EUR 108 596,35;
—
sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
sussidjarjament, tnaqqas is-sanzjoni finanzjarja li tinsab fid-Deċiżjoni CMS 13-005
—
tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu morali u għar-reputazzjoni subit mir-rikorrent stmat għal EUR 20 000;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy