15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/52
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-151/15)
(2016/C 059/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għoti tal-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti lir-rikorrent u l-kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali tat-13 jew l-14 ta’ April 2015, li tirrifjuta l-għoti lir-rikorrent tal-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti;
—
sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2015, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-15 ta’ Ġunju 2015;
—
tordna l-kumpens għad-danni materjali tar-rikorrent;
—
tordna l-kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent stmat ex aequo et bono għal EUR 5 000;
—
tikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy