29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/44
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2015 – ZZ et vs SEAE
(Kawża F-153/15)
(2016/C 111/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE, ippreżentata fir-rendikonti ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti, sa fejn din tikkostitwixxi l-ewwel applikazzjoni tat-tnaqqis ta’ 25 % sa 20 % tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-ħajja skont deċiżjoni tad-direttur ġenerali amministrativ.
Talbiet
—
tiddikjara d-deċiżjoni tad-direttur ġenerali amministrativ tas-SEAE tat-23 ta’ Frar 2015 inapplikabbli għar-rikorrenti;
—
konsegwentement, tannulla r-rendikont ta’ remunerazzjoni tagħhom ta’ Marzu 2015, u dak stabbiliti sussegwentement sa fejn dawn japplikaw ICV ta’ 20 %;
—
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy