21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – SNCM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-1/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Franza lil SNCM - Għajnuna għar-ristrutturar u miżuri meħuda fil-kuntest ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni - Kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Politika soċjali tal-Istati Membri - Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”))
(2017/C 277/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille, Franza) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote, C. Froitzheim u A. Dupuis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci U B. Stromsky, aġenti)
Parti konvenuta insostenn tal-parti rikorrenti: Comité d’entreprise de la Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)
Parti konvenuta insostenn tal-parti konvenuta: Corsica Ferries France (Bastia, Franza) (rappreżentanti: N. Flandin u S. Rodrigues, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7066 finali, tal-20 ta’ Novembru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.16237 (C 58/2002) (ex N 118/2002) implimentata minn Franza favur l-SNCM.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Is-Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Corsica Ferries France SAS.
3)
Il-comité d’entreprise tas-Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 56, 16.2.2015..
Full & Egal Universal Law Academy