30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2016 – Auyantepui Corp. vs EUIPO – Magda Rose (Mr Jones)
(Kawża T-8/15) (1)
((“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mr. Jones - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Jones - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 191/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Auyantepui Corp., SA (Panama, Panama) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Magda Rose GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Kornfeld, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 49/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Magda Rose GmbH & Co. KG u Auyantepui Corp., SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Auyantepui Corp., SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy