31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2017 – Ball Beverage Packaging Europe vs EUIPO
(Kawża T-9/15) (1)
([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tliet laned - Disinn preċedenti - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Impressjoni ġenerali differenti - Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Numru ta’ oġġetti li jikkostitwixxu oġġett wieħed - Portata tad-deskrizzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Sostituzzjoni ta’ parti fil-kawża”])
(2017/C 249/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ball Beverage Packaging Europe Ltd (Luton, ir-Renju Unit), li ġiet ammessa biex tissostitwixxi lil Ball Europe GmbH (rappreżentant: A. Renck, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Crown Hellas Can SA (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Coulson u J. Koepp, solicitors)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1408/2012-3), fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Crown Hellas Can u Ball Europe.
Dispożittiv
1)
Ball Beverage Packaging Europe Ltd hija ammessa sabiex tissostitwixxi lil Ball Europe GmbH bħala rikorrenti.
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
Ball Beverage Packaging Europe hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Crown Hellas Can SA għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 89, 16.3.2015
Full & Egal Universal Law Academy