5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Lulju 2016 – Internet Consulting vs EUIPO – Provincia Autonoma di Bolzano Alto Adige (SUEDTIROL)
(Kawża T-11/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SUEDTIROL - Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni assoluta għal rifjut - Indikazzjoni ġeografika tal-oriġini - Karattru deskrittiv”])
(2016/C 326/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Internet Consulting GmbH (Brunico, l-Italja) (rappreżentanti: L. Miori u A. Bertella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Provincia Autonoma di Bolzano Alto Adige (l-Italja) (rappreżentant: C. Volkmann, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tal-10 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 574/2013-G), marbuta ma’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Provincia Autonoma di Bolzano-Alto Adige u Internet Consulting.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Internet Consulting GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 73, 2.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy