7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Deutsche Post vs EUIPO – Media Logistik (PostModern)
(Kawża T-13/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PostModern - Trade mark verbali preċedenti POST u trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Deutsche Post - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”])
(2017/C 256/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Post (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment K. Hamacher u C. Giersdorf, K. Hamacher u finalment K. Hamacher u G. Müllejans, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Media Logistik GmbH (Dresde, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Risthaus, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Novembru 2014 (Każ R 2063/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutsche Post u Media Logistik.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-kumpannija Deutsche Post AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 107, 30.3.2015
Full & Egal Universal Law Academy