5.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 454/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Ottubru 2016 – Lufthansa AirPlus Servicekarten vs EUIPO – Mareea Comtur
(Kawża T-14/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea AirPlus International - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Regola 21 tar-Regolament (KE) Nruo2868/95 - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Artikolu 81(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 454/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH (Neu Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Melgar u H. Kunz, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: SC Mareea Comtur SRL (Deva, ir-Rumanija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO 17 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1918/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lufthansa AirPlus Servicekarten u SC Mareea Comtur.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali (EUIPO) tas-17 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1918/2013-5), hija annullata sa fejn hija tirrigwarda r-“reklamar; ġestjoni ta’ negozju; amministrazzjoni kummerċjali; xogħol ta’ uffiċċju”, li jaqgħu taħt il-klassi 10 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH.
(1) ĠU C 81, 9.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy