3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2017 – Costa vs Il-Parlament
(Kawżi magħquda T-15/15 u T-197/15) (1)
([“Sistema ta’ remunerazzjoni tal-Membri tal-Parlament - Pensjoni tal-irtirar - Sospensjoni - Irkupru - Regola antikumulu - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri fil-Parlament - Riferiment għal-leġiżlazzjoni nazzjonali - Artikolu 12(2a)(v) tar-Regolament dwar l-allowances għall-ivvjaġġar tal-Membri - Kumpens irċevut għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ president ta’ awtorità tal-port Taljana - Aspettattivi leġittimi”])
(2017/C 213/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Paolo Costa (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: G. Orsoni u M. Romeo, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Żewġ talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-uffiċċju tal-Parlament tal-20 ta’ Ottubru 2014 u tad-9 ta’ Frar 2015 li jikkonċernaw, rispettivament, is-sospensjoni tal-pensjoni tal-irtirar provviżorja li r-rikorrent jibbenefika minnha u l-irkupru ta’ ammont ta’ EUR 49 770,42 imħallas f’dan ir-rigward, kif ukoll tan-nota ta’ debitu 2015-239, tat-23 ta’ Frar 2015, li tikkonċerna dan l-irkupru.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Paolo Costa huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 81, 9.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy