24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-18/15) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti mfassla fil-kuntest tax-xogħol preparatorju għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Drittijiet tad-difiża - Interess pubbliku superjuri”])
(2016/C 392/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Philip Morris Ltd (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2014) 3694540, tas-6 ta’ Novembru 2014, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti marbuta mal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ [ta’ prodotti] tat-tabakk u [ta’] prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, p. 1).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2014) 3694540, tas-6 ta’ Novembru 2014, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti marbuta mal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ [ta’ prodotti] tat-tabakk u [ta’] prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE, hija annullata sa fejn tirrifjuta l-aċċess għall-ewwel tliet sentenzi tat-tielet paragrafu tad-dokument Nru 6.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 107, 30.3.2015
Full & Egal Universal Law Academy