13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2017 – Gómez Echevarría vs EUIPO – M and M Direct (wax by Yuli’s)
(Kawża T-19/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal – Unjoni Ewropea wax by Yuli’s - Trade mark verbali preċedenti tal – Unjoni Ewropea MADWAX u trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti wax - Artikolu 53(1)(a) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar – Regolament Nru 207/2009 - Portata tal – eżami mwettaq mill – Bord tal – Appell - Artikolu 64(1) tar – Regolament Nru 207/2009 - Drittijiet tad – difiża - Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Abbuż ta’ dritt - Spejjeż għar – rappreżentanza quddiem l – EUIPO - Artikolu 85(1) tar – Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 078/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Yuleidy Caridad Gómez Echevarría (Benalmádena, Spanja) (rappreżentant: E. López-Chicheri y Selma, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: M and M Direct Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ Novembru 2014 (Każ R 951/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn M and M Direct Ltd u Y. C .Gómez Echevarría.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Yuleidy Caridad Gómez Echevarría hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy