30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2016 – Henkell & Co. Sektkellerei vs EUIPO – Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini (PICCOLOMINI)
(Kawża T-20/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PICCOLOMINI - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea PICCOLO - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 191/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Henkell & Co. Sektkellerei KG (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Flick, avukat)
Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Kusturovic u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini Società Agricola (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: F. Cecchi, P. Pozzi u F. Ghisletti Giovanni, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2265/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Henkell & Co. Sektkellerei KG u Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini Società Agricola
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Henkell & Co. Sektkellerei KG, hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini Società Agricola.
(1) ĠU C 89, 16.03.2015.
Full & Egal Universal Law Academy