29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2016 – Il-Kummissjoni vs Hristov
(Kawża T-26/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Ħatra - Proċedura ta’ selezzjoni u ta’ ħatra tad-direttur eżekuttiv ta’ aġenzija regolatorja - EMA - Preselezzjoni minn kumitat ta’ preselezzjoni - Ħatra mill-Bord Amministrattiv tal-EMA - Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ preselezzjoni - Kumulu tal-funzjonijiet ta’ membru tal-kumitat ta’ preselezzjoni u ta’ membru tal-Bord Amministrattiv tal-EMA - Imparzjalità”))
(2016/C 314/28)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall, N. Nikolova u S. Petrova, sussegwentement N. Nikolova u S. Petrova, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Emil Hristov (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentanti: M. Ekimdzhiev, K. Boncheva u G. Chernicherska, avukati) (rikorrent fl-ewwel istanza); u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: inizjalement J. Currall, N. Nikolova u S. Petrova, sussegwentement N. Nikolova u S. Petrova, aġenti) (konvenuta fl-ewwel istanza)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2013, Hristov vs Il-Kummissjoni u L-EMA (F-2/12, EU:F:2014:245), intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014, Hristov vs Il-Kummissjoni u L-EMA (F-2/12), hija parzjalment annullata, sa fejn tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ April 2011, li permezz tagħha pproponiet lill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) lista ta’ erba’ kandidati rrakkomandati mill-kumitat ta’ preselezzjoni u kkonfermati mill-kumitat konsultattiv dwar il-ħatriet.
2)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex dan jiddeċiedi dwar it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2011 li permezz tagħha pproponiet lill-Bord Amministrattiv tal-EMA lista ta’ erba’ kandidati rrakkomandati mill-kumitat ta’ preselezzjoni u kkonfermati mill-kumitat konsultattiv dwar il-ħatriet, fir-rigward tal-ilmenti u tal-motivi invokati minn Emil Hristov li dwarhom it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma ħax deċiżjoni.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy