29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2016 – EMA vs Hristov
(Kawża T-27/15) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Ħatra - Proċedura ta’ selezzjoni u ta’ ħatra tad-direttur eżekuttiv ta’ aġenzija regolatorja - EMA - Preselezzjoni minn kumitat ta’ preselezzjoni - Ħatra mill-Bord Amministrattiv tal-EMA - Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ preselezzjoni - Kumulu tal-funzjonijiet ta’ membru tal-kumitat ta’ preselezzjoni u ta’ membru tal-Bord Amministrattiv tal-EMA - Imparzjalità”))
(2016/C 314/29)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall, N. Nikolova u S. Petrova, sussegwentement minn N. Nikolova u S. Petrova, aġenti)
Il-partijiet l-oħra fil-proċedura: Emil Hristov (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: M. Ekimdzhiev, K. Boncheva u G. Chernicherska, avukati) (rikorrenti fl-ewwel istanza); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall, N. Nikolova u S. Petrova, sussegwentement minn N. Nikolova u S. Petrova, aġenti) (konvenuta fl-ewwel istanza)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014, Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA (F-2/12, EU:F:2014:245), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza. et tendant à l’annulation partielle de cet arrêt
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014, Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA (F-2/12), hija parzjalment annullata, sa fejn annullat id-deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tas-6 ta’ Ottubru 2011, li taħtar id-direttur eżekuttiv tal-EMA.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014, Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA (F 2/12) sa fejn annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ April 2011, li kienet tipprovdi li din tal-aħħar kienet tipproponi lill-Bord Amministrattiv tal-EMA lista ta’ erba’ kandidati rrakkomandati mill-kumitat ta’ preselezzjoni u kkonfermati mill-kumitat konsultattiv dwar il-ħatriet.
3)
Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jagħti deċiżjoni dwar it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv tal-EMA tas-6 ta’ Ottubru 2011, li taħtar lid-direttur eżekuttiv tal-EMA, fir-rigward tal-ilmenti u motivi invokati minn Emil Hristov u li dwarhom it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma tax deċiżjoni.
4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy