13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 – International Management Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-29/15) (1)
((“Koperazzjoni fl-iżvilupp - Programm ta’ azzjoni annwali għall-Myanmar/Burma ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni - Deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-baġit - Emenda - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Trasparenza - Rimedju ġudizzajrju - Aspettattivi leġittimi”))
(2017/C 078/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: International Management Group (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Burgstaller, C. Farrell, solicitors, u E. Wright, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u S. Bartelt, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9787 finali, tas-16 ta’ Diċembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni C(2013) 7682 finali marbuta mal-programm ta’ azzjoni annwali tal-2013 għall-Myanmar/Burma ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
International Management Group hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 81, 9.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy