29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Frar 2016 – Infinite Cycle Works vs UASI – Chance Good Ent. (INFINITY)
(Kawża T-30/15) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INFINITY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti INFINI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 111/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Infinite Cycle Works Ltd (Delta, il-Kanada) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J.M. Manresa Medina, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Chance Good Ent. Co., Ltd (Changhua, it-Tajwan) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2308/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chance Good Ent. Co., Ltd u Infinite Cycle Works Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Infinite Cycle Works Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy