22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Alkarim for Trade and Industry vs Il-Kunsill
(Kawża T-35/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2017/C 161/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Alkarim for Trade and Industry LLC (Tal Krudi, is-Sirja) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Étienne u S. Kyriakopoulou, sussegwentement S. Kyriakopoulou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 301, p. 36), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 301, p. 7), sa fejn isem ir-rikorrenti ġie inkluż fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplikaw il-mużuri restrittivi.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014, tal 20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja huma annullati sa fejn jirrigwardaw lil Alkarim for Trade and Industry LLC.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Alkarim for Trade and Industry.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy