20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2016 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-47/15) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Enerġija rinnovabbli - Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (liġi EEG tal-2012) - Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa EEG imnaqqsa għal utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Riżorsi tal-Istat”])
(2016/C 222/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment T. Henze u K. Petersen, sussegwentement T. Henze u K. Stranz, aġenti, assistiti minn T. Lübbig, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Maxian Rusche u R. Sauer, sussegwentement T. Maxian Rusche u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN) [implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija] (ĠU 2015, L 250, p. 122).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 127, 20.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy