13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Sharif University of Technology vs Il-Kunsill
(Kawża T-52/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Appoġġ lill-Gvern Iranjan - Attivitajiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam militari jew f’oqsma marbuta miegħu - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ liġi u żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter - Talba għad-danni”))
(2016/C 211/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sharif University of Technology (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: M. Happold, barrister)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK, tas-7 ta’ Novembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 325, p. 19), sa fejn din inkludiet l-isem tar-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014, tas-7 ta’ Novembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 325, p. 3), sa fejn dan inkluda l-isem tar-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni bl-interessi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sharif University of Technology għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 138, 27.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy