28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Lulju 2017 – Certified Angus Beef vs EUIPO – Certified Australian Angus Beef (CERTIFIED AUSTRALIAN ANGUS BEEF)
(Kawża T-55/15) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall - Unjoni Ewropea CERTIFIED AUSTRALIAN ANGUS BEEF - Trade marks figurattivi u verbali preċedenti magħrufa SINCE 1978 CERTIFIED ANGUS BEEF BRAND u CERTIFIED ANGUS BEEF BRAND - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009))
(2017/C 283/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Certified Angus Beef LLC (Wooster, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u A. Söder, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Certified Australian Angus Beef Pty Ltd (Surrey Hills, l-Awstralja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 662/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Certified Angus Beef u Certified Australian Angus Beef.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors ġie miċħud.
2)
Certified Angus Beef LLC għandha tbati l-ispejjeż
(1) ĠU C 107, 30.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy