28.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 441/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Raimund Schmitt Verpachtungsgesellschaft vs EUIPO (BRAUWELT)
(Kawża T-56/15) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BRAUWELT - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”)
(2016/C 441/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Raimund Schmitt Verpachtungsgesellschaft mbH & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Höfler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1121/2014-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BRAUWELT bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Raimund Schmitt Verpachtungsgesellschaft mbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy