18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – 1&1 Internet vs UASI – Unoe Bank (1e1)
(Kawża T-61/15) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 1e1 - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti UNO E u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti unoe - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 136/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: 1&1 Internet AG (Montabaur, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Klopp, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Unoe Bank, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: N. González Alberto Rodríguez, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 101/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unoe Bank, SA u 1&1 Internet AG
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 101/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unoe Bank SA u 1&1 Internet AG, hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn 1&1 Internet AG.
3)
Unoe Bank, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 107, 30.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy