27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2016 – Market Watch vs EUIPO – El Corte Inglés (MITOCHRON)
(Kawża T-62/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MITOCHRON - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti mito - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 232/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Market Watch Franchise & Consulting, Inc. (Freeport, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Teini Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2014 (Każ R 508/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA, u Market Watch Franchise & Consulting, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Market Watch Franchise & Consulting, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 107, 30.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy