8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2015 – Shoe Branding Europe vs UASI (Strixxi paralleli fuq qalziet)
(Kawża T-64/15) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq qalziet - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 048/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment P. Geroulakos, sussegwentement D. Gája, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 2563/2013-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq qalziet bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Shoe Branding Europe BVBA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 107, 30.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy