28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – Talanton vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-65/15) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Pocemon - Is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Spejjeż eliġibbli - Rimbors tas-somom imħallsa - Eżerċizzju abbużiv tad-drittijiet kuntrattwali - Prinċipju ta’ bona fide - Aspettattivi leġittimi - Oneru tal-prova - Kontrotalba”])
(2017/C 283/47)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (Palaio Faliro, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, aġent, assistit minn L. Athanassiou u G. Gerapetritis, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-ispejjeż li r-rikorrenti ddikjarat fil-kuntest tal-ftehim ta’ sussidju Nru 216088 dwar l-eżekuzzjoni tal-proġett “Point-of-care monitoring and diagnostics for autoimmune diseases”, konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), kienu eliġibbli u li t-talba, mill-Kummissjoni, għar-rimbors tas-somma ta’ EUR 273 289,63, fir-rigward tal-imsemmi ftehim ta’ sussidju, kienet tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tagħha, kif ukoll, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża sabiex ir-rikorrenti tiġi kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 253 289,63, miżjuda bl-interessi u li minnha tnaqqsu l-pagamenti sussegwenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 253 289,63, imħallsa fir-rigward tal-ftehim ta’ sussidju Nru 216088 dwar l-eżekuzzjoni tal-proġett “Point-of-care monitoring and diagnostics for autoimmune diseases”, miżjuda bl-interessi moratorji b’rata ta’ 3,55 % b’effett mis-27 ta’ Jannar 2015 u li minnha tnaqqset is-somma ta’ EUR 5 000 imħallsa lill-Kummissjoni fl-4 ta’ Mejju 2015, liema somma l-ewwel titnaqqas mill-interessi moratorji u, sussegwentement, mill-ammont prinċipali.
3)
Talanton – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 138, 27.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy