13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-74/15) (1)
([“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Unjoni - Servizzi relatati mal-iżvilupp, mal-istudju u maż-żamma ta’ sistemi ta’ informazzjoni (ESP DESIS III) - Talbiet għal servizzi maħruġa fil-kuntest tal-istess lott - Mekkaniżmu ta’ sejħa mill-ġdid għal offerti - Ċaħda tal-offerti - Kriterji ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Offerta anormalment baxxa - Talba għad-danni”])
(2017/C 078/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment minn I. Ampazis u M. Sfyri, sussegwentement minn M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Cappelletti u F. Moro, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati, sussegwentement minn F. Moro, aġent, assistit minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati, u fl-aħħar nett F. Moro u S. Delaude, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu l-offerti sottomessi mir-rikorrenti għat-talba ta’ stima bir-referenza DESIS III-000455-6000494078-REQ-01 għall-iżvilupp ta’ prototip ta’ għodda interattiva ta’ tfassil ta’ profil u għat-talba ta’ stima bir-referenza DESIS III-000485-600049078-REQ-01 għall-iżvilupp ta’ modulu għar-reġistru EuroGroups fil-kuntest tal-lott Nru 4 tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2013/029 (ĠU 2013/S 219-380314) u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għat-telf ta’ opportunità ta’ eżekuzzjoni tat-tieni kuntratt inkwistjoni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, fl-ittra tat-8 ta’ Diċembru 2014, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti għat-talba ta’ stima bir-referenza DESIS III-000455-6000494078-REQ-01 dwar l-iżvilupp ta’ prototip ta’ għodda interattiva ta’ tfassil ta’ profil hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 171, 26.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy