7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Rod Leichtmetallräder vs UASI – Rodi TR (ROD)
(Kawża T-75/15) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva ROD - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti RODI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti - Regola 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])
(2016/C 090/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rod Leichtmetallräder GmbH (Weiden in der Oberpfalz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Hellenbrand u J. Biener, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Rodi TR, SL (Lérida, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 281/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rodi TR, SL u Rod Leichtmetallräder GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rod Leichtmetallräder GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy