6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2016 – Tronios Group International vs EUIPO – Sky (SkyTec)
(Kawża T-77/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SkyTec - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens - Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 200/28)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Tronios Group International BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. van Leeuwen u H. Klingenberg, avukati)
Konvenuta: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Crabbe u A. Folliard Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment J. Barry, solicitor, sussegwentement M. Schut u A. Meijboom, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Novembru 2014 (Każ R 1681/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn British Sky Broadcasting Group plc u Tronios Group International BV.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Tronios Group International BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
3)
Sky plc għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy