2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2016 – Mudhook Marketing vs UASI (IPVanish)
(Kawża T-78/15) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali IPVanish - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 156/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mudhook Marketing, Inc. (Winter Park, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Eckermann u A. Dellmeier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1417/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali IPVanish bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mudhook Marketing, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 127, 20.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy