15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Olympus Medical Systems vs UASI (3D)
(Kawża T-79/15) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade figurattiva 3 D - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 059/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Olympus Medical Systems Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u C. Opatz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Doherty u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1708/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv 3D bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Olympus Medical Systems hija kundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 13.4.2014..
Full & Egal Universal Law Academy