10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – AW vs EUIPO – Pharma Mar (YLOELIS)
(Kawża T-85/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea YLOELIS - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti YONDELIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 221/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alfa Wassermann SpA (AW) (Alanno, l-Italja), ġiet awtorizzata tissostitwixxi lil Alfa Wassermann Hungary Kft (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pharma Mar, SA (Colmenar Viejo, Spanja) (rappreżentant: N. González Alberto Rodríguez, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1100/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pharma Mar u Alfa Wassermann Hungary.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alfa Wassermann SpA (AW) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015
Full & Egal Universal Law Academy