13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – Niagara Bottling vs EUIPO (NIAGARA)
(Kawża T-89/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali NIAGARA - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 211/63)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Niagara Bottling LLC (Ontario, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: A. Jakab, A. Schifko u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 784/2014-5), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali NIAGARA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Niagara Bottling LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy